Regoli tal-Privatezza

Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utent tagħna u ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tiġix provduta minnek b’mod volontarju.

Abbażi tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (EU) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586), għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna dedikati li nonoraw dan id-dmir. Se jittieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat. Aħna ma ngħaddu l-ebda dettalji miġbura mingħandek bħala viżitatur u/jew utent lil xi terza persuna, sakemm ma nkunux hekk awtorizzati bil-kunsens tiegħek jew kif awtorizzati skont il-liġi.

Il-lista tar-regoli (‘Il-Policy’) tista’ tkun aċċessibbli faċilment permezz ta’ link li tkun fil-qiegħ ta’ kull paġna tas-sit.

Kif nipproċessaw data personali?

       1)    e-Forms

Waqt il-proċess ta’ sottomissjoni ta’ formoli fuq is-sit indirizzati lill-ministeru, dipartiment jew entità oħra tal-Gvern ta’ Malta, aħna nistgħu niġbru informazzjoni personali. F’każijiet bħal dawn, is-sit jintuża bħala User Interface u l-informazzjoni li tinkiseb permezz ta’ dawn il-formoli tiġi sottomessa għall-ipproċessar lill-ministeru, dipartiment jew entità oħra tal-Gvern ta’ Malta rilevanti. F’dan il-każ, il-perjodu taż-żamma tas-servizz inkwistjoni jkun japplika.

2) Indirizz IP (protokol tal-internet) u identifikazzjoni

Is-server tas-sit iżomm informazzjoni limitata dwar Indirizzi IP jew il-lok tal-kompjuter tiegħek fuq l-internet, għall-amministrazzjoni tas-sistemi u għal skopijiet ta’ soluzzjoni ta’ problemi. Aħna ma nużawx informazzjoni dwar l-Indirizzi IP biex insegwu x’qed tagħmel jew l-imġiba tiegħek fuq is-sit tagħna.

       3)    e-ID

Tista’ ukoll tuża l-faċilitajiet ipprovduti mill-Awtoritajiet Ċentrali, bħall-użu tal-kont e-ID tiegħek bħala mezz ta’ awtentikazzjoni. F’każijiet bħal dawn, il-kredenzjali tal-awtentik​azzjoni jkunu limitati għas-sessjoni attwali mill-web browser tiegħek.

       4)    Kuntatt/Feedback

Meta jintużaw is-servizzi online ta’ dan is-sit elettroniku, is-suġġetti tad-data jistgħu jkunu mitluba li jipprovdu d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom għal skopijiet ta’ kuntatt u komunikazzjoni. L-informazzjoni kollha u d-data personali li inti tipprovdilna fil-formola ta’ Kuntatt/Feedback tista’ tiġi pproċessata biss għall-iskop strett li nirrispondu għat-talba personali tiegħek.

Il-cookies huma biċċiet ta’ informazzjoni żgħira li s-sit jittrasferixxi fuq il-hard drive tal-kompjuter tal-utent meta dan iżur is-sit.  Dan is-sit jagħmel użu limitat ta’ cookies u għaldaqstant, għal iktar tagħrif, qed nistednuk biex tara l-Cookies Policy tagħna.

Id-drittijiet tiegħek

Bħala individwu inti tista’ teżerċita d-dritt li taċċessa l-informazzjoni miżmuma dwarek, għalhekk jekk għandek xi mistoqsijiet b’rabta ma’ din l-informazzjoni miżmuma minna, jekk kemm-il darba teżisti tali data, nitolbuk tikkuntattjana billi tissottometti t-talba tiegħek lill-kontrollur tad-data permezz tal-paġna ‘Ikkuntattjana’ fi ħdan is-sit tagħna.

Għalkemm se jsir kull sforz raġonevoli biex inżommu l-informazzjoni tiegħek aġġornata, inti ġentilment mitlub tinfurmana bi kwalunkwe tibdil jew emendi fl-informazzjoni personali tiegħek kif miżmuma f’dan l-Uffiċċju. Fi kwalunkwe każ, jekk taħseb li ċerta informazzjoni dwarek mhix eżatta, inti għandek id-dritt li titlob li din l-informazzjoni tiġi retifikata.  Int għandek ukoll id-dritt li titlob li twaqqaf jew tħassar tali informazzjoni. Jekk ma tkunx sodisfatt bir-riżultat tat-talba tiegħek għall-aċċess, tista’ tressaq l-ilment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, fuq is-sit: www.idpc.gov.mt

Biex nagħtuk servizz aħjar, is-sit tagħna jista’ jipprovdilek għadd ta’ links oħra għal organizzazzjonijiet u aġenziji kemm lokali kif ukoll internazzjonali.  Meta tidħol f’siti oħra bħal dawn, ma tibqax iżjed marbut ma’ dawn ir-regoli, iżda tibda tapplika l-politika ta‘ privatezza tas-sit il-ġdid.

Dan is-sit juża Secure Sockets Layer (SSL) biex jiżgura trażmissjoni sigura tal-informazzjoni personali tiegħek. Għandek issib is-simbolu ta’ katnazz fejn ikun hemm miktub l-indirizz fil-browser (‘Status Bar’).  L-indirizz tal-URL ikun jibda bi: ‘https://’ li jindika li l-paġna hija sigura.  L-SSL tapplika kodiċi moħbija bejn żewġ punti ta’ komunikazzjoni, pereżempju bejn il-kompjuter tiegħek u s-server (‘Connecting Server’).  Kull informazzjoni trażmessa matul is-sessjoni l-ewwel tiġi kriptata jew imħawda, u mbagħad deċifrata jew proċessata fit-tarf l-ieħor tat-trażmiss​joni.  Dan jaċċerta li d-data ma tistax tinqara matul it-trażmissjoni.

Jekk ikun hemm xi tibdil f’dawn ir-regoli ta’ privatezza, din il-paġna tinbidel u tiġi aġġornata.  Huwa għalhekk fl-interess tiegħek li terġa’ żżur din il-paġna tar-Regoli ta’ Privatezza kull darba li taċċessa dan is-sit biex tkun aġġornat b’xi tibdil li jista’ jkun hemm minn żmien għall-ieħor.

Kwalunkwe kumment jew suġġeriment li jista’ jkollok u li jista’ jikkontribwixxi għal kwalità aħjar ta’ servizz, jiġi milqugħ u apprezzat ħafna.