Il-Kempinski San Lawrenz Resortand Spa huwa riżort prestiġjuż ta’ 5 stilel li jinsab fil-periferija tar-raħal paċifiku ta’ San Lawrenz. Ittieħdet attenzjoni kbira fl-ippjanar ta’ din il-lukanda sabiex ma ssirx ħsara lill-ambjent. Dan ir-riżort eċċellenti huwa post għal rilassament totali. Huwa pjuttost uniku fost il-proprjetajiet Kempinski.
Tradizzjonalment mibnija f’kombinazzjoni ta’injam u ġebel, u bi stil ta’ depożitu tal-kaċċa, il-maġġoranza tal-kmamar fornutib’mod lussuż jagħtu fuq il-pixxina enormi ta’ barra, ġonna u għelieqi. Barra mill-MarineCare &BeautyCentreintroduċew l-Arti terapewtika ta’Ayurveda.
Persunal kwalifikat jagħti pariri u joffri varjetà wiesgħa ta’ trattamenti magħmula mill-ħxejjex u l-ilma; bħal alka tal-baħar u banjijiet tal-ħxejjex, jew għażla ta’ trattamenti tas-sbuħija komplementari, trattamenti tal-wiċċ u tal-idejn. Iċ-ċentru Ayurvediku jipprovdi terapiji biż-żjut, Panchakarma u trattamenti individwali oħra minn Kerala. Bi kburija liema bħalha jiġu servuti l-aqwa ikliet, bi platti ħfief Mediterranji u Taljani ppreparati minn ingredjenti li l-maġġoranza tagħhom huma mkabbra fil-post.